SULDAT ABJAD: (igerger waħdu) ...Se tispiċċa ħażin. Jekk
iħallu Sempliċi Suldat jagħmel ta' rasu, ma nispiċċaw qatt. Għalfejn
qegħdin hemm huma mela?
SULDAT ISWED: X'jiġifieri? M'għandux ikollok ftit dinjita'?
SULDAT ABJAD: Dinjita'! Dinjita' tittallab biex ma jmexxukx fejn
iridu huma? Int tpaxxihom qiegħed.
SULDAT ISWED: Rajt imma? Meta mexxewni ma sejħulix "Pedina Sempliċi
Suldat"! Suldat Iswed sejħuni! (b'disprezz) Mhux Pedina Sempliċi Suldat!
SULDAT ABJAD: U issa? B'daqshekk? Taħseb li issa tinsab aħjar
minn qabel?
SULDAT ISWED: Imma int tal-anqas minn hawn ma tistax taqlagħni
barra! Mhux int, Pedina Sempliċi Suldat Iswed! Hemm ir-regolamenti. Qas
huma ma jistgħu jmorru kontra r-regolamenti!
SULDAT ABJAD: Kontrihom le. Imma jistgħu jużawhom.
SULDAT ISWED: X'jiġifieri?
SULDAT ABJAD: Jafu jużawhom. Jafuhom aħjar minnek. Jafu jsibu
mezz kif jiġġildulek mingħajr ma jiksru... r-Regolamenti! - Għadek ma
ntbaħtx?
SULDAT ISWED: Intbaħt? Xiex?
SULDAT ABJAD: "En Passant".
En Passant
______________________________________________________________________________________
|
 |