![]()
|
Oreste Calleja
Lil Oreste
Calleja ħafna jiftakruh lejn tmiem is-snin sittin u I-bidu tas-snin sebgħin
għax-xogħlijiet tiegħu fil-qasam tad-drammi. Iżda din il-ħidma letterarja
tiegħu waqfet ħesrem meta fl-l974 emigra lejn I-lstati Uniti. Għalkemm
il-ġibda lejn il-kitba bil-Malti, l-aktar dik tad-drammi, baqgħet tħeġġeġ u
tbaqbaq fih, ix-xewqa li jissokta bil-kitbiet tiegħu ma setax iwettaqha,
minħabba diversi raġunijiet. Kien biss meta reġa' lura Malta dan l-aħħar li
din ix-xewqa tiegħu seta' jwettaqha permezz tal-pubblikazzjoni tal-ktieb
Għasfar taċ-Ċomb — dramm fi tliet atti — li, fostl-oħrajn, jittratta
diversi aspetti mill-ħajja Maltija. Dwar l-Awtur: Oreste Calleja twieled II-Ħamrun fl-l945. Studja fil-Liċeo u fil-Kulleġġ tal-Għalliema, San Mikiel, u għallem għal bosta snin fl-iskejjel tal-Gvera. Bejn l-l968 u l-l974 kiteb bosta xogħlijiet bil-Malti għall-palk, ir-radju u t-televiżjoni, ħafna minnhom milqugħin tajjeb, oħrajn, bħal Satira u Anestesija kienu kontroversjali għall-aħħar. Anestesija (meqjusa bħala prodott tat-Teatru ta' l-Assurd) intweriet fuq l-MTV f’għeluq l-għaxar anniversaju ta' l-istazzjon u qajmet polemika li damet ġimgħat sħaħ fil-ġumali lokali.
|
|
SAGĦTAR
Għadd Nru 6 Diċembru 1971
Edituri: |
PAUL FALZON IL-MUMENT il-Ħadd, 27 ta' Ġunju, l993 paġna 41l