![]() |
![]() |
|
||
L-ismijiet tar-rebbieħa fil-Konkors tar-Radjudrammi mniedi mir-Rediffusion is-sena l-oħra tħabbru f'Rediffusion House nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Jannar fil-preżenza tas-Sur Joe Avellino, id-Deputat General Manager tal-Grupp tar-Rediffusion li wkoll ippreżenta l-premjijiet u d-diplomi lir-rebbieħa. lr-radjudrammi ġew eżaminati mill-membri tad-Drama Panel tar-Rediffusion, li huma l-Prof. Gużè Aquilina, Fr. H. Born, is-Sur Gużè Diacono u s-Sur Mario Azzopardi, li kienu wkoll preżenti. Iċ-ċerimonja kienet tikkonsisti fil-qari tar-rapport tal-eżaminaturi u l-ftuħ minn Dr. Eric Sammut, l-Avukat tal-kumpanija, ta l-envelopes issiġġillati bl-ismijiet tal-awturi li kienu jikkorrispondu man-nom-de-plume. Seba' radjudrammi ħadu "honourable mention". |
Dawn kienu: 'Il-Qsajjar" ta' E. Mallia;
"Fis-Saltna tal-Palomba" ta' Karl Borg;"Il-Prova li ma Swiet Xejn" ta' Victor Cuschieri;
"Meta l-Qamar ikun Kwinta" ta' George Buttigieg;
"Għanqbuta" ta' Karmenu Gruppetta;
"Katarsi" ta' George Buttigieg;
"Fix-Xifer" ta' G. Peresso. It-Tielet premju ta' £M40 intrebaħ minn
Joe A.
Grima bir-radjudramm "Ecce Homo"; |
Fir-ritratt: Is-Sur Oreste Calleja (xellug) qed jiġi ppreżentat b'ċekk ta' £M80 mis-Sur Joe Avellino (lemin). Fin-nofs jidher is-Sur Louis Buttigieg.
Dan kien numru
rekord. II-membri tal-panel tad-drama qalu li l-livell kien sodisfaċenti waqt li
xi whud mir-radjudrammi kellhom standard għoli sew. L-agħar nuqqas inħass
fid-djalogu, il-karatterizzazzjoni u fil-plots. |
|