![]() |
L-ANĠLU BELLU - Karen u l-irġiel li daħlu f'ħajjitha |
Fi spazju ta' sentejn Oreste Calleja, wara assenza twila minn Malta, ipproduċa tliet drammi impenjattivi. Id-drammaturgu tkellem ma' MARIO AZZOPARDl dwar l-aktar xogħol riċenti tiegħu
Għaddew sentejn minn 'Għasfur taċ-Ċomb' u sena minn 'II-BeIIiegħa fil-Bir' — tara li "U I-Anġlu Ħabbàr..." qed jaqbad xi triq oħra jew jiżviluppa f'xi direzzjoni ġdida mit-tnejn ta' qablu?
Xi
żvilupp kien hemm fit-tlieta li huma — speċjalment fejn jidħol trattament ta'
dramm kważi assolutament realista. Jekk qabel kont inxaqleb xi ftit lejn
l-assurd u s-simboliżmu — speċjalment fix-xogħlijiet bikrin li ssib f'Erba'
Drammi — naħseb li minn Għasfui taċ-Ċomb 'il hawn wieħed ma jistax ma
jinnutax li aktar ma jmorru d-drammi tiegħi qed jieħdu xejra realista. Jekk
qabel il-pessimiżmu kien akut imma ttemprat b'ċertu sentimentaliżmu romantiku,
naħseb li dan ftit li xejn jinstab f'dawn l-aħħar kitbiet. Naħseb li qed nifrex
panorama aktar għera. Fid-drammi immedjatament post-indipendenza kien hemm ċerta
apprensjoni f'futur inċert ibbilanċjata fuq tamiet ġodda. Illum, wara l-Ħelsien
u wara r-Repubblika, l-inċertezza sparixxiet. Forsi wkoll it-tamiet fiergħa.
Għad baqa' però xi ftit mill-element satiriku. U ċ-ċiniżmu.
Naħseb li
hu l-uniku umoriżmi li tippermettili r-realtà preżenti. U l-għera tar-realtà
biex tinkixef teħtieġ l-użu ta' lingwaġg aktar skjett, trattament ta' temi bħal
sess, polilika u reliġjon, b'inqas inibizzjonijiet Naħseb li dawn huma xi
xejriet ġodda li wieħed jista' jsib f'U L-Anġlu
Ħabbar...
Id-dramm
ġie deskritt bħala dramm b'temi femministi — il-karattru prinċipali Karen hija
mara reali jew għandha
biss tifsiriet metaforiċi li minnhom toħroġ il-kawża femminista?
Hi mara reali tad-demm u l-laħam — bla dubju —
meta tqis ir-relazzjonijiet sesswali tagħha li huma t-tema tad-dramm. Imma aktar
importanti, hi mara li teżisti fir-realtà ta' Malta llum kif naraha jien.
Il-ġrajja kollha, infatti, hi marbuta bi ħjut solidi mal-ġrajja u l-ambjent
kontemporanju tagħna. Biex ma ngħidx ukoll max-xkiel u l-għeluq tat-tradizzjoni
Malttja fejn predominantament il-poter dejjem inżamm f'idejn maskili.
Is-sottomissjoni tal-mara mhux dejjem kienet mitqiesa bħala għamla ta'
oppressjoni — infatti hemm min qisha għal bosta żmien bħala sinjal ta' virtù.
Li jinteressani wkoll f'dan id-dramm hi din I-għamla ta' oppressjoni sottili —
oppressjoni psikoloġika li ta' min jgħid ukoll, hi aċċettata daqs kemm hi
injurata.
Minbarra l-oppressjoni psikoloġika, tidħol ukoll I-oppressjoni fiżika — il-vjolenza?
Hekk hu. Għax kif għedt, dan hu dramm realista. U r-realtà
Maltija dejjem kellha ċertu element ta' oppressjoni psikoloġika, kultanl frott
tal-injuranza imposta, Imma
kien hemm u
għad hemm il-vjolenza fiżika wkoll. Il-modus vivendi tas-soċjetà
Maltija juri li t-theddida ta' vjolenza għadha prevalenti dejjem. Ukoll jekk
tibqa', bosta drabi, xejn ħlief theddida ta' vjolenza, il-paraliżi li
tirriżulta minn din it-theddida żżommna lura. Fid-dramm, Karen tisfa l-vittma
proprju ta' dan it-tip ta' oppressjoni daqskemm tisfa l-vittma tal-vjolenza
fiżika. L-irġiel li magħhom ikollha għamliet ta' relazzjoni (li jmorru minn
estrem għall-ieħor ta' oppressjoni) huma l-kawża tal-paraliżi tal-karattru
tagħha. Fil-fatt, Karen m'hix kapaċi ssib ir-rwol tagħha fil-ħajja. Fiżikament
fi tmiem att minnhom issib ruħha mhedda, b'idejha marbutin minn min suppost ġie
biex idewwilha idha. Dan m'huwiex biss att fiżiku li jiddegradaha, imma wkoll
att simboliku ta' I-impotenza tagħha. Ma rridx ngħid li Karen hi s-simbolu
tal-mara Maltija per eċċellenza. Anzi, forsi jista' jkun eżatt l-oppost. Però hi
t-tip ta' mara konxja tal-qagħda tagħha forsi aktar minn kwalunkwe mara oħra.
Hi konxja wkoll daqskemm tista’ tkun kwalunkwe mara oħra li tipprova tagħraf
il-qagħda tagħha fis-soċjetà. Hu ovvju ii dan in-nuqqas ta' għarfien ta' rwol,
joħloq il-konflitti ta' Karen ma' l-irġiel (metaforikament, l-anġli) li hemm
f'ħajjitha.
L-irġlel fil-ħajjn ta' Karen huma dejjem oppressuri? Hemm xi anġlu tal-bxara t-tajba?
Jista'
jkun. Tmiem id-dramm infatti jagħtik x'taħseb li l-ġrajja se tkompli forsi bi
ħjiel ta' ottimiżmu. Hemm anġlu ieħor. Din id-darba liebes l-aħdar... U l-irġiel
tagħha mhux dejjem oppressuri — le. Kultant lanqas jafu huma stess li huma
oppressuri. Kultant li jagħmlu hu aktar sforz id-dgħjufija. Però ta' min jgħid
ukoll li n-nisa tad-dramm m'humiex xi anġli lanqas. Bla ma niżvela ebda punt
kruċjali ta' plot, nista' ngħid, infatti, li Karen stess forsi hi l-akbar għadu
tagħha nnifisha. U r-raġunijiet li minħabba fihom iċċedi għall-vjolenza mhux
dejjem huma raġunijiet mill-aktar puri.
l.-għażla tat-titlu "L-Anġlu Ħabbàr..." għandu ċerti konnotazzjonijet reliġjużi li meta tqis is-suġġett tad-dramm jistgħu jirriflettu ċerta irreverenza ċinika. X'kien l-iskop?
It-titlu tista' tgħid ħareġ bla ma kien hemm bżonn wisq taħbil il-moħħ. (Forsi ta' min wieħed isemmi li titlu alternattiv għad-dramm huwa 'Anġlu Bellu'). Iċ-ċiniżmu, jekk qiegħed hemm, għax hu inevitabbli. Id-dramm kollu, jekk irrid insib inċident iżolat li nista' ngħid kien il-ġenesi tad-dramm, ġej minn inċident ta' xi għaxar snin ilu, l-unika darba li ġejt Malta kemm domt imsiefer matul l5-il sena.
Niftakarni kont qed noqgħod għand nies jiġu minni f'post fin-nofsinhar ta' Malta, u kull filgħodu kont nixref f'gallerija u nittawwal 'I isfel lejn il-btieħi tad-djar ta' l-inħawi. U fost dawk il-btieħi u garaxxijiet l-iktar li kien jolqotni kien anġlu kbir tal-kartapesta fi ġnien taħti — anġlu jixref minn fuq ċint qalb siġar tal-larinġ u l-ħarrub. U kultant nilmaħ raġel isewwi u jiżbogħ f'dak l-anġlu — probabbli xi skultur li kien qed jirrinovah.
Kienet
xena hekk vivida u hekk inkredibbilment, indellibbilment, Maltija (għalija li
kont ili dawk is-snin kollha mbiegħed) li żammejtha f'moħħi. Sakemm fl-aħħar
ħarġet f'dan id-dramm f'Diċembru li għadda. Kif għedt fil-kummenti
fil-pubblikazzjoni tad-dramm, meta bdejt nikteb ma kelli ebda pjan premeditat
fejn irrid nasal. Jekk ħareġ iċ-ċiniżmu, jekk tixref il-vjolenza, jew saħansitra
l-lingwaġġ baxx, ma niskantax. Hu dan kollu li jagħmilna Maltin. Nittama li
mhux.x dan biss però.
Reliġjon u politika: wieħed jifliem li dawn qatt m'huma bogħod minn moħħok jekk trid titkellem bis-serjetà fuq ir-realtà Maltija.
Qatt. Inevitabbli, fortunatament. Ngħid fortunatament għax I-impenn soċjali nifhem li huwa dmir. Mhux tal-kittieba biss. Nipprova naturalment bħala kittieb ma niżvolġix diskors purament politiku jew metafiżiku. Allaħares. Anzi, la jien xjenzjat politiku u wisq inqas teologu jew filosfu. Il-politika u l-morali jidħlu biss bhala parti integrali kemm ta' l-azzjoni kif ukoll tal-karatterizzar.
Imma kultant donnok trid ixxejjer bandiera. Min ma jxejjirx bandiera hawn Malta? Kemm inħobbuhom il-bandieri hawn Malta! F'20 sena barra qatt ma rajt il-kobor tal-bnadar li jperpru fl-isqaqien hawn Malta, lanqas fuq l-imperjaliżmu Amerikan! U allura trid ixxejjer bandiera.
F'dan id-dramm nibda kull att billi nxejjer bandiera, tal-PN (l-ewwel att) u l-MLP (it-tieni att) permezz ta' graffitti kbar li jiddominaw is-sett. Fit-tielet att imbagħad, anġlu kbir tal-kartapesta. forsi xi forza spiritwali? U jidħol ukoll anġlu ieħor (metaforikament) liebes blejżer aħdar. Aħdar! Kuluri, graffitti u simboli. Lingwaġġ figurattiv sempliċi. Ma tridx tħabbel rasek wisq. Imma trid tipprova tinsiehom, għax il-ġrajja tkompli.
B'nies
tad-demm u l-laham - anki l-anġli! Kollox fuq livell realistiku. Diskors
tat-triq. Tagħmel żball tinsiehom il-bandieri u l-kuluri jperpru. Il-karattri
tiegħi ma jinsewx. Malli jiftħu fommhom tinduna liema bandiera qed ixejru. Jew
xejru fl-imgħoddi reċenti. Tinduna li t-twemmin u t-trawwim tagħhom kien u għadu
jikkundizzjona l-għemil u l-ħsieb tagħhom illum. U forsi dak li jkun jifhem Ii
dak li qed jara fuq il-palk seta' kien, jew għadu.
Fil-kummenti tiegħek “II-Ħtieġa ta' Drama Kontemporanju” tgħid hekk: “Dan it-tip ta' dramm (kontemporanju) mhux dejjem hu tip 'komdu'. Anzi hu skomdu ħafna. Forsi għalhekk in-nuqqas ta' rifda." Forsi qed tirreferi għal xi għamla ta' ċensura indiretta?
Jista' jkun. Forsi wkoll we err by ommission, rather than by commission. U żgur li kummissjonijiet għal xi dramm ta' din ix-xorta m'humiex abbundanti! Iżda jibqa' l-fatt, kif għedt, li ma hemmx talba għal dan it-tip ta' xogħol li jħares mill-viċin (forsi mill-viċin wisq) lejn ċerti pjagi tas-soċjetà tagħna. Ma hemmx talba għax ma hemmx udjenza. U m'hemmx udjenza għax ma nrawmux udjenza. Għax insibuba aktar faċli nissodisfaw lill-udjenzi tagħna biċ-ċejċa tat-teatrin, tal-kummiedji brillanti. Kollox hemm loku u żmienu, imma li tgħix biss biċ-ċejċa tissogra d-diabete. Marda li nbatu biha ħafna aħna I-Maltin.
Smajt programm fuq ir-radju reċentement: esperti u nies oħra jċemplu biex
jiddiskutu l-kultura Maltija. Il-palk kien l-aktar suġġett favorit. U kulmin
ċempel, kulħadd qal kemm iħobb il-palk. U kemm iħobb it-teatrin! Dnub m'għadbomx
jagħmlu kummiedji u fares bħal dari! U smajt iż-żaqżiq tal-esperti skomdi fuq
pultruni komdi fl-istudjo... u bid-daħqa fuq il-mikrofonu qablu ma' kulħadd.
Veru: kemm inħobbuh it-teatrin hawn Malta!
Dan għalhekk jispjega n-nuqqas ta' drammi Maltin? Jispjega l-firda li teżisti bejn dak li qed jiġri fit-teatru barra minn Malta u dak li qed jiġri hawn?
In-nuqqas ta' kitba għall-palk Malti minn dejjem kienet. Mhux għax wieħed jippretendi li jkollok ruxxmata drammi sena wara l-oħra. Il-kitba għall-palk ma tappellax għal kulħadd, lanqas. Meta tqis iċ-ċokon ta' pajjiżna, naħseb li jekk tqabbel proporzjonalment ma' pajjiżi oħrajn issib li m'aħniex wisq agħar minn ħaddiehor. Li jolqtok fit-teatru (tagħna) hu kif donnha I-iskarsezza kronika qed tissogra li ssir nixfa totali. Lanqas ma hu I-każ li tesiġi li nippruvaw inżommu l-pass ma' l-avangwardja mħarrka ta' pajjiżi oħrajn. Kieku mqar niddendlu ma' denbhom u nħalluhom iġerruna huma, ikun biżżejjed. Imma ninsabu fi stasi totali. Għal dik li hi kitba. Teatri, produzzjonijiet, atturi u diretturi għandna fuq li għandna, u Ikoll jagħtu sehemhom bil-wisq aktar mill-kittieba. Kieku l-kittieba kellhom nofs il-ħeġġa li għandhom l-atturi u l-produtturi, kieku ġenna ta' l-art! U kieku l-kittieba kellhom nofs I-appoġġ li għandhom it-teatri, l-atturi u l-produtturi... Imma hemm ukoll li l-atturi u l-produtturi dejjem jippruvaw jibbilanċjaw il-kontijiet. Dejjem jistgħu jorbtu fuq l-udjenza li tħobb il-palk, basta tagħtiha ċ-ċejċa. Ara kittieb mhux dejjem ċejċa jista' jagħti. Qatt ma jaħseb biex jibbilanċja l-kontijiet. Għalhekk sar anakroniżmu. Nikkwota fl-aħħarnett mill-post-skriptum tiegħi għad-dramm:
"...Għall-kittieb li jrid jimpenja ruhu, il-materja prima għadha verġni. L-orizzonti bla limitu. Il-vjaġġ fil-bidu. Imma jrid imur waħdu. Ikollu jmur waħdu. B'żewġ bagalji (vojta?) f'idu, b'saqajh tal-fildiferru u... U ebda garanzija li ma jbatix."
Tgħid għad naslu l-ġenna tal-art?
"U l-ANĠLU ĦABBAR" ... IL-MUMENT, 5 ta' Novembru l996 SPEKTRUM - Teatru Kontemporanju