|
L-ARKIVJU STORIKU (1) L-ARKIVJU STORIKU (2) L-ARKIVJU STORIKU (3) |
|||||
|
|
|
||||
|
|
|||||
|
Fi żmieni, u meta ngħid hekk irrid infisser xi ħamsin sena ilu jew ftit
inqas, il-palk Malti kien kollu marbut ma' reċti li kellhom difett
fondamentali; dak li kienu traduzzjonijiet ta' xogħlijiet barranin magħmulin
minn dilettanti fl żmien meta I-Malti bħala Isien kien magħruf biss minn
erba' fratas. Ġara għalhekk li l-produzzjonijiet kienu kollha mimlija bi
frażijiet għal kollox bit-Taljan; u kienu jingħoġbu biss għax in-nies, dak
iż-żmien, kienu jafu bit-Taljan u kienu jifhmu. Imma s-siwi letterarju jew
għall-quddiem tal-palk innifsu kien ftit li xejn. |
|||||
|
|
L-aktar minħabba f'hekk it-teatru Malti bil-Malti kien waqa' baxxa fortuna u
l-aħjar nies ma kinux imorru għalih u kienu jagħżlu aktar il-proża
bit-Taljan minn Maltin stess; niftakar lil Grech Cumbo tas-Sliema li kien
għamel isem għalih u għall-kumpanija tiegħu. |
||||
|
Fil-kamp tar-reċtar bit-Taljan, ir-riedni għalhekk kienu ħaduhom f'idejhom nies ta' kultura bħal Giacinto Tua u Ivo Muscat-Azzopardi li tawna bosta reċti bit-Taljan li jistgħu jissejħu memorabbli. Fil-kamp tal-Malti il-palk inqasam fi tnejn: id-dramm serju u l-kum-miedja. Għal ta' l-ewwel, l-aktar wieħed modern u ta' standard għoli kien bla dubju ta' xejn Danjel Camilleri li kellu ideat sbieħ mibnija fis-sod u fuq esperjenza twila ta' nies kbar barranin u kien jaf tajjeb ferm jagħżel it-tajjeb mill-kajman. Għal tat-tieni ma nista' ninsa qatt kif kienu għollew il-palk Malti mill-ħama tal-medjokri, il-kumpanija Indipendenza bil-kummiedji u l-pochades tagħhom li kienu jaqsmu lil kulħadd bid-daħk, sew għal dak li l-lum jissejjaħ "appront" u sew għal dak li hu tabilħaqq "test". Min jista' jinsa xogħlijiet bħal L-Ors u I-Baliena. Barbara Brothers Potato Merchants, Il-Familja Berluron eċċ? Min jista' jinsa x-xeni ta' Bartlu, ta' Tonna, ta' Kalanġ innifsu? Min jista' jinsa, fost in-nisa lil Pawla Verżin Spiteri, lil Lukrez Fasanelli eċċ. Kienu artisti kbar li ħallew isem warajhom li ma jmtesiex kif ġieb u laħaq. |
|||||
|
"...U jalla din it-tama tiegħi
|
L-imma kien wieħed; in-nuqqas ta' oriġinalità flx-xogħlijiet tal-palk. | ||||
|
U l-gwaj hu li meta ġie ż-żmien biex il-kittieba
tal-palk bdew jagħtuna xi ħaġa oriġinali, waqgħu biss fi ġrajjiet storiċi
lokali li kienu jqajmu interess aktar għall-popolarità tal-ġrajja, bħal
Mattew Callus eċċ. milli għax-xogħol teatrali fih innifsu. ll-lum id-dinja tbiddlet u bdejna naraw xi ħaġa oriġinali. Kittieba bħal Ġużè Diacono, Albert Cassola u Francis Ebejer jippromettu tajjeb ferm u nittama li dawn iservu ta' eżempju lil dawk li telgħin ta' liema triq għandu jaqbad (u ma jitlaqx) il-palk Malti jekk irridu li joħroġ jimraħ ukoll barra minn Malta bħalma jistħoqqilna li jkun ta' poplu ċivili u ta' kultura kif tabilħaqq aħna I-Maltin. U jalla din it-tama tiegħi isseħħ u ma ddumx! |
|||||
|
|
|||||
|
BIJONOTI DRAMMI BIKRIN DRAMMI REĊENTI PUBBLIKAZZJONIJIET ARKIVJU |
|||||
|
|
|||||