|
SULDAT ABJAD: (igerger waħdu) ...Se tispiċċa ħażin. Jekk
iħallu Sempliċi Suldat jagħmel ta’ rasu, ma nispiċċaw qatt. Għalfejn
qegħdin hemm huma mela?
SULDAT ISWED: X’jiġifieri? M’għandux ikollok ftit dinjità?
SULDAT ABJAD:: Dinjità! Dinjità tittallab biex ma jmexxukx fejn
iridu huma? Int tpaxxihom qiegħed.
SULDAT ISWEDRajt imma? Meta mexxewni ma sejħulix “Pedina Sempliċi
Suldat”! Suldat Iswed sejħuni! (b’disprezz) Mhux Pedina Sempliċi Suldat!
SULDAT ABJAD:: U issa? B’daqshekk? Taħseb li issa tinsab aħjar
minn qabel?
SULDAT ISWED: Imma int tal-anqas minn hawn ma tistax taqlagħni
barra! Mhux int, Pedina Sempliċi Suldat Iswed! Hemm ir-regolamenti. Qas
huma ma jistgħu jmorru kontra r-regolamenti!
SULDAT ABJAD:: Kontrihom le. Imma jistgħu jużawhom.
SULDAT ISWED: X’jiġifieri?
SULDAT ABJAD:: Jafu jużawhom. Jafuhom aħjar minnek. Jafu jsibu
mezz kif jiġġildulek mingħajr ma jiksru... r-Regolamenti! — Għadek ma
ntbaħtx?
SULDAT ISWED: Intbaħt? Xiex?
SULDAT ABJAD:: “En Passant”.
En Passant
______________________________________________________________________________________
|
 |