PALK MALTI
KONTEMPORANJU

 

Għażiż Angelo
INTERMEZZ: kompożizzjoni radjofonika

IT-TEATRU TA'
ORESTE CALLEJA



maltese theatre oreste calleja download epubs 

 

           PDF   EPUB  mobi

  Pubblikazzjonijiet diġitali:
  (pdf/epub/mobi).
   ISBN: 978-99957-884-7-6


 ISBN: 978-99957-884-3-8
 A WWW.ORESTECALLEJA.COM  publication
  Hardback -  102 pp

 

Il-mewt irriversibbli

Il-mewt irriversibbli tar-radjudramm fi tmiem is-seklu li għadda kienet telfa li tat daqqa kiefra lil kreattivitą tax-xogħlijiet drammatiċi u wasslet ukoll għat-telfa ta’ bosta kittieba.

Ħasra li kittieba għall-palk u t-televiżjoni jidher li qed isibuha diffiċli jisbqu l-inġenjożitą, il-konsistenza u l-udjenzi dedikati li bihom kienu mgħonija dawk li ħadmu fir-radjudrammi fis-snin tad-deheb tar-Rediffusion.Wieħed jista forsi biss jittama li  mill-paġni ta’ “Għażiż Angelo” wieħed  jipprova japprezza dak li missirijietna kienu tant jogħxew bih u jiġġudika kemm dan l-apprezzament huwa minnu jew le jew hix sempliċement kwistjoni ta' nostalġija.

 


F’GĦAŻIŻ ANGELO nsibu ġrajja rrakkontata permezz tad-djarju ta’ tfajla, Bridget, li fih tistqarr it-tentattivi tagħha biex taħrab mill-għeluq u l-iżolament tal-ħajja paxxuta iżda klawstofobika fil-familja tagħha magħmula minn ħuha l-kbir u omm u missier pjuttost anzjani. Fl-isfond hemm in-Nannu li darba kien qrib tagħha ħafna, izda issa ħarab biex jgħix l-aħħar ta’ ħajtu bħala eremit f’raħal ċkunitu. Lanqas il-mużika li kienet il-passjoni unika ta’ ħajjitha u li studjat sa minn ċkunitha m’għad fadallha s-saħħa li teħlisha mill-angst ġenerazzjonali. L-unika salvazzjoni ta’ Bridget jidher li tista’ tkun il-wasla tal-penfriend mill-Italja, anġlu li jista’ juriha t-triq wiesgħa izda mwiegħra tal-imħabba prova li forsi l-ħajja mhix sempliċement passjoni inutli.

 

 


GĦAT-TIENI DRAMM

F'DAN IL-VOLUM

“Skużi ta, dawk għajnejk f'wiċċek”

ara hawnhekk.

 


Il-ġenesi tax-xogħol drammatiku ta’ Calleja, bħal dik tal-kittieba kontemporanji ta’ żmienu - kien bil-kitba għar-radju, ħidma kulturali rikka u popolari li għal bosta u bosta snin kienet il-pedament uniku tad-drammi bil-Malti u l-aqwa sfog għall-kittieba tad-drammi. Biżżejjed wieħed isemmi li fil-konkorsi tar-radjudrammi kien ikun hemm 'il fuq minn 60 sottomissjoni ta' skripts.

ENGLISH VERSION           

                         DRAMMI             XENEĠĠJATURI        PUBBLIKAZZJONIJIET                   ARKIVJU                      NOTI BIJOGRAFIĊI