anest bep vjo.jpg (270269 bytes)
 

DRAMMI                        PUBBLIKAZZJONIJIET                     ARKIVJU              BIJOGRAFIJA         
   

 

   

 

 

 

 

P

 

 

 

 


anestesija mtada 2 girl oval.jpg (128546 bytes)

 

First broadcast on REDIFFUSION in August 1969 with the following cast:

Karmenu Gruppetta
Johnny Navarro
Danny Callus
Josephine
Zammit Cordina
Victor Soler
Edwin Vella
Charles Scembri
Carmel Cuschieri
Alfred Scicluna
Christopher Warren
&
Donald Sammut



From the weekly
TV / Radio guide,
IL-GWIDA, August 1969.

***************








John Suda - Beppo

 

ANESTESIJA kien it-tieni dramm impenjat ta' Oreste Calleja u nkiteb fl-1969. Qablu kien kiteb u xandar "Għollieq fis-Serra", id-dramm li
minnu tnebbaħ "Għasfur taċ-Ċomb" fl-1992.

Id-dramm ixxandar l-ewwel darba fuq ir-Rediffusion fit-28 ta' Awissu,1969 u rebaħ ir-Rediffusion Silver Star  għas-sena 1970.

L-istorja  tad-dramm (kif deskritta fil-ħarġa tal-GWIDA numru 522, f''Settembru tal-1972) hija msejsa fuq "elementi allegoriċi u
simboliċ
i, b'element qawwi tat-Teatru ta' l-Assurd," stil li l-awtur
sfrutta fi drammi tiegħu ta' l-epoka, inklu
żi En Passant, Satira,
G
ħargħar u Iġsmaiħirsa.

Żgur pero li ħadd ma stenna r-reazzjoni qawwija li kien hemm wara li d-dramm ġie adattat u  mxandar mill-MTV, taħt id-direzzjoni ta' Albert Marshall.
 


Fuq it-televiźjoni 
MTV SETTEMBRU 1972


Joe Zammit Cordina,
Alfred Mallia u Marlene Psaila


Catherine Bartolo Pulis 
u John Suda


"Territorju ġdid għall-MTV..." 

IL-POLEMIKA u l- POST MORTEM
WARA LI ANESTESIJA
 ntweriet fuq it-televizjoni lokali, il-kontroversja li qamet fil-ġurnali damet għaddejja bosta ġimgħat.

"The most controversial play ever put on!"

Ara xi ftit mill-artikli ta' dak iż-żmien li jagħtu idea ċara ta' x'kienu l-argumenti tal-ġurnata u kemm huma jew m'humiex differenti minn dawk ta' llum. Fuq il-lemin - siltiet minn dak li nkiteb - favur u kontra.

"ippermettili
 ...nobżoq f'wiċċu"

"MTV were right
in taking the plunge"


THE MALTA NEWS
September 29th, 1972

"Inkisru l-limiti
tat-truf u l-forom!"


 


                                                SILTA                                           

Storbju ta’ strumenti tal-mużika jinqalbu.

BUFFU (kemmxejn imqanżaħ): Hekk tajjeb, tifel? X’jidhirlek eh?

TIFEL: Kemm int taċ-ċajt!

BUFFU: Taċ-ċajt? Dażgur li taċ-ċajt! X’buffu nkun jekk ma nkunx taċ-ċajt, tajba din. Imma ħej, jekk nibqa’ rasi ’l isfel tuġgħani l-qargħa. Din l-art iebsa wisq.

TIFEL (jidħak)

BUFFU: Meta kont żgħir jien u sejjer l-iskola ħbatt rasi ma’pulizija oħxon liebes il-frakk u t-tomna, u ħej minn dakinhar rasi baqgħet tuġagħni.

TIFEL (jidħak)

BUFFU: Tidħak, hux? Nieħu gost narak tidħak. Imma ħej ma nistax indum aktar hekk, tafx... Imma stenna ftit! Dan kif int rasek ’l isfel, tifel?

TIFEL: Jien?

BUFFU: Iva, int! Lilek qed ngħid!

TIFEL: Imma jien m’iniex rasi ’l isfel!

BUFFU: M’intix? Imma int Żgur? - Ara, ara! Ukoll il-karavana rasha ’l isfel... U dawk is-siġar - dawk in-nies hemm fuq - dawk ukoll rashom ’l isfel! Kollha kemm huma rashom ’l isfel u ma jafux!

TIFEL (jidħak): Kif ma jafux? Kieku rashom ’l isfel ma jħossuhiex tuġagħhom rashom kif tħossha int?

BUFFU: U huma jħossuha wkoll; iżda dawk jidħku biex jinsew! M’intix tismagħhom x’jidħku?

TIFEL: Għalhekk dejjem jidħku mela.

BUFFU: Għalhekk, l-imsejkna. (Pawsa) Dak x’inhu hemm isfel?

TIFEL: Dak? Għall-qamar qed tgħid?

BUFFU: Qamar? Tgħidx ħmerijiet! Jien isfel għedt, mhux fuq. Sakemm ma jkunx qamar fil-bir - kieku iva, jista’ jkun isfel, jekk tifhem xi rrid ngħid.

TIFEL: Imma dak il-qamar! U fuq qiegħed - fis-sema! Fis-sema!

BUFFU: Is-sema! Il-ġenna?

TIFEL: Is-sema!

BUFFU: X’kull waħda, x’kull waħda! Meta jew id-dinja kollha qed itiha tal-qamar - jew inkella l-qamar qed itih tal-qamar! Jew forsi - forsi jien rasi ’l isfel!

TIFEL: Imma int qiegħed rasek ’l isfel!

BUFFU: Jien? Iva bilħaqq, hux! Mela għalhekk qed tuġgħani rasi. Meta kont żgħir kont sejjer il-knisja u ħbatt rasi ma’ pavaljun tal-festi mperreċ taħt sema ikħal imniġġeż bil-porvli tal-murtali, u ħej, minn dak inhar rasi baqgħet tuġgħani. U għadha tuġagħni... Jimporta jekk ma nibqax rasi ’l isfel, tifel. Nixtieq nistrieħ ftit.
-------------------------------------------------------------------

Ritratt ta' fuq
Produzzjoni fiċ-
Ċentru tad-Drama,
M.A Borg. 2007









 


 


MTV 1O th Anniversary
Issue no. 522 of IL-GWIDA 
24-30 th September 1972

Albert Marshall,
Director

 Set design was by
Toni Demicoli

 




 

 

 

 

 

 

 


ANestesija son poster.jpg (126563 bytes)

 

 

   
   
Anes Buftif.gif (42455 bytes)




 

L-ISKRIPT
tad-dramm
 
nota dwar l-użu

1999
Ritratti minn Anestesija
part
i minn collage drammatiku
 meħud minn

4 DRAMMI
 
kif imtellgħin mill-istudenti ta'
l-Iskola Nazzjonali tad-Drama
Mikelan
ġ Borg  
taħt id-direzzjoni ta'
Paul Portelli anestesija mtada 2.jpg (172988 bytes)








 

anestesi.GIF (56766 bytes)
Fost dawk li ħadu ħadu sehem:
Desirèe Caruana, Il-Buffu u Anna Formosa, It-Tifel.



 

.


Indikazzjoni li l-iskript tad-dramm hu disponibbli

 

PALK MALTI KONTEMPORANJU

               BIJOGRAFIJA                      DRAMMI                               PUBBLIKAZZJONIJIET                           ARKIVJU