Imma fid-dar veru li
kien
hawn il-ħares, l-ispirti. U hawn għadhom. Ma tħossuhomx intom
ukoll li għadhom hawn? Li kieku kelli norqod ġo dil-kamra
l-lejla, x’taħsbu: tkun idea tajba?"
Marco |

|
|
|
IL-FESTA
BIL-BANDIERI
dramm fi tliet atti
Olografu evokattiv - Lil Malta MIllennarja
(1999)
“Il-Festa bil-Bandieri” ta’ Calleja hija kummiedja li fiha present,
imgħoddi u xi ftit ukoll il-ġejjieni jidhru f’xulxin b’mod li hu
teatrikament effettiv. Calleja jikkummenta bla ma jippriedka fuq l-ambjent
soċjali u politiku ta’ Malta, u fuq l-effetti fuq is-soċjetà ta’
l-emigranti li jiġu lura f’pajjiżhom; f’għadd ta’ xeni joħloq
effetti liriċi li jkomplu jbiegħdu lix-xogħol mir-realiżmu li spiss tant
ixekkel lill-palk.
Din hi kummiedja sensittiva li tuża tajjeb l-ilsien ħaj tal-palk"
Sottokumitat għad-Drama
tat-Teatru Manoel (2002-2003)
li għażel "Il-Festa bil-Bandieri" bħala wieħed miz-żewġ drammi
li t-Teatru Nazzjonali kien lest jisponsorja għall-istaġun 2003-200.
Ritratti mill-produzzjoni
ta' l-2003.
|
![]() |
|
|
|
IL-ĠRAJJA FIL-QOSOR
IL-FESTA BIL-BANDIERI tirrakkonta l-ġrajja ta’
Marco, Malti emigrant li jiġi lura f’pajjiżu biex jiskonġra, daqskemm
jiftakar, l-imgħoddi li kien ħalla warajh. Lura fid-dar li trabba fiha
jsib jistennewh il-figuri ta’ l-imgħoddi - dawk li ħarab minnhom - u fuq
kollox l-ispirtu mimli nkwiet ta’ missieru mejjet. Bejniethom jirnexxilhom
jirxuxtaw aktar tifkiriet - tifkiriet kultant ta’ għożża, kultant
umoristiċi, kultant ta’ dwejjaq, li jikxfu l-konflitti li l-iben u l-missier
donnhom qatt ma rnexxilhom isibu rkabtu tagħhom. Id-dramm iħallat
persunaġġi tal-preżent ma’ l-iħirsa ta’ l-imgħoddi f’ "olografu evokkativ"
fuq l-isfond tal-ġrajja ta’ pajjiżna minn wara l-gwerra 'l hawn, minn
żmien Malta indipendenti u ħielsa, sa Malta llum, fuq għatba storika oħra
li tista’ twassal lejn l-Ewropa magħquda
|

IL-MISSIER:
Pero bdejt tajjeb eh. Prosit!
MARCO: Xiex?
IL-MISSIER: Hekk, din l-ewwel xena. Basta għedt ridt tevita l-melankonija!
U tibda eżatt bil-mewt traġika ta’ missierek. Le –prosit eh.
IT-TIFLA tqum minn mal-mejda u tmur tpoġġi bil-qiegħda f’tarf is-sodda.
IL-MISSIER “raha”, imma MARCO għad le.
MARCO: Kultant – kultant dawn m’humiex affarijiet li tista’
tikkrontrollahom kif ġib u laħaq.
IL-MISSIER: X’ma tikkontrollax? Għalxiex qed tgħid – għall-ispirti? Skuża
dik. Dan kollu xogħok – li qiegħed hawn jien – li m’għadnix mixħut taħt dik
is-sodda fejn għamilt tlett ijiem sakemm sabuni… Ma tafx kif tfarrak
għadmek kollu fuq dak il-madum
kiesaħ. Imn’alla kien is-sajf!
MARCO: Jisgħobbija…
IL-MISSIER: Xiex?
MARCO: Li ma ġejtx qabel.
IL-MISSIER: Xiex jisgħobbik?
MARCO: ...Li ma sibtekx jien dak inhar.
Kien
it-Tnejn meta sabuk,veru? Tara kif niftakar?
Il-Ħadd kelli ngħaddi narak...u kont ġejt magħha, ma’ Tina
(jara l-ħarsa
ta’ MISSIERu) …il-mara tiegħi.
IL-MISSIER: Eh, naf, smajtek, l-Awstraljana.
MARCO: …Kont ġejt magħha Malta.
Meta
mietet iz-zija Karm.
IL-MISSIER: U t-tfal?
MARCO: Xiex it-tfal?
IL-MISSIER: (waqt li jiftaħ il-ktieb li ġabet magħha t-TIFLA u jsibilha
paġna biex toqgħod taraha) Ġibthom miegħek?
MARCO: Ma kellniex tfal dak iż-żmien.
IL-MISSIER: (akkuża) Wara ħames snin żwieġ.
--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
It-Tfittxija
għall-Palk Malti
Mid-daħla tal-ktieb
Bejn Angry Young Men u
Dolci Smemorie
Miktub f’1999, "Il-Festa bil-Bandieri", l-istess bħad-drammi li ktibt
matul id-disgħinijiet, jipprova jikxef inkonxjament, daqskemm
inevitabilment, l-esperjenza Maltija ta’ l-aħħar nofs tas-seklu wieħed u
għoxrin. Dan għaliex jiena nemmen fit-teatru li huwa essenzjalment
realistà u li jirrakkonta ġrajjiet li ma jistgħux jinfatmu mill-identità
tas-soċjetà kontemporanja. Huwa teatru li jirrakkonta ġrajjiet ta’
karattri li, bħala sfond mhux biss għandhom il-ħajja soċjali u politika ta’
gżiritna, imma wkoll, u fuq kollox, jirriflettu l-ħsus, ix-xewqat, l-emozzjonijiet,
it-tamiet, it-tbatija u l-qtugħ il-jies li huma ineżorabilment marbutin
mal-ġrajjiet ta’ pajjiż li għadda mill-ewwel nofs seklu ta’ awtonomija
politika li ma kienx nieqes minn konflitti, kuntrasti u kontradizzjonjiet
li ddistingew lil ġensa tul dawn l-aħħar ħamsin sena.
Il-lingwa tiegħu
Madankollu,
minkejja dawn ir-riflessjonijiet li wieħed jista’ faċilment jintilef fihom
bir-riskju li jħalli tidħol togħma ta’ akkademiżmu li ftit li xejn għandu
x’jaqsam mat-teatru ħaj, jiena nemmen, fuq u qabel kollox, li l-Palk Malti
ma jistax jeżisti – m’għandux għalfejn jeżisti – jekk .....
ikompli
Aħna min aħna,
aħna min konna
Hekk kif tul ir-rebbiegħa
u s-sajf tal-2002 rajna tfewweġ polemika taħraq dwar il-qagħda tal-Palk
Malti u l-validtità tat-teatru indiġenu, illum, anakronistikament, ħamsin
sena wara l-Indipendenza, jidher li għad hemm bżonn li xiħadd, xi mkien,
xi darba jiftakar u jfakkar li t-teatru huwa riflessjoni ta’ l-identità
tagħna...
ikompli
If we get angy
enough
Kien hemm żmien meta l-"angry young men" kienu
s-salvazzjoni tat-teatru modern. Illum Edward Albee jgħidl li "if we get angry enough..."
it-teatru nistgħu nsalvawh. Hawn Malta r-rabja tat-teatru tidher li hija
biss emozzjoni effimera ...
ikompli
(Ara
l-artiklu kollu)
OC
Ottubru 2002

|
|

Posters
maħruġa għall-
produzzjoni fil-Manoel
f'Novembru 2003.
Ritratti oriġinali ta' Darren
Zammit Lupi.
Disinn
tal-handouts,
Oreste
Calleja.

Elsa
Romei, Francesca Vincenti,
Marc Spiteri, Joe Cortis u
Roberta
Curmi

It-teatru huwa
riflessjoni ta’ l-identità tagħna, u ... fuq kollox il-kitba għall-palk,
l-istess bħal kull kitba kreattiva, toħroġ u titnissel mill-memorja
kollettiva ta’ ġensna u kapaċi tikxef u tħalli warajha xhieda ta’ aħna min
aħna u aħna min konna.

|