|
L-ARKIVJU |
||||
|
|
|
|||
|
It-Tfittxija
għall-Palk Malti
Madankollu, minkejja dawn ir-riflessjonijiet li wieħed jista’ faċilment jintilef fihom bir-riskju li jħalli tidħol togħma ta’ akkademiżmu li ftit li xejn għandu x’jaqsam mat-teatru ħaj, jiena nemmen, fuq u qabel kollox, li l-Palk Malti ma jistax jeżisti – m’għandux għalfejn jeżisti – jekk ma jirnexxilux jolqot lill-udjenza b’mod personali, bi djalogu kredibbli u li m’għandu ebda inibizzjoni li juża’ l-lingwa tagħna.
Aħna min aħna, aħna min konna Hekk kif tul ir-rebbiegħa u s-sajf tal-2002 rajna tfewweġ polemika taħraq dwar il-qagħda tal-Palk Malti u l-validtità tat-teatru indiġenu, illum, anakronistikament, ħamsin sena wara l-Indipendenza, jidher li għad hemm bżonn li xiħadd, xi mkien, xi darba jiftakar u jfakkar li t-teatru huwa riflessjoni tal-identità tagħna, u li fuq kollox il-kitba g ħall-palk, l-istess bħal kull kitba kreattiva, toħroġ u titnissel mill-memorja kollettiva ta’ ġensna u kapaċi tikxef u tħalli warajha xhieda ta’ aħna min aħna u aħna min konna.Forsi dak li għandu bżonn it-teatru tagħna huwa li nsibu min ma jibżax juru min hu, jew min kien – min ma jippreferix jilbes maskri għax jibża’ u jistħi jħares lejn wiċċu f’mera – jew għax diġà nesa, diġà ma jafx min hu. Ir-riskju kbir li bħalissa għaddej minn fuq il-palkijiet tagħna huwa li se negħrqu taħt dulluvju ta’ anestesija kollettiva, smemorazzjoni volontarja daqskemm involontarja, frott ta’ l-aljenazzjoni paxxuta.
If we get angy enough Kien hemm żmien meta l-"angry young men" kienu s-salvazzjoni tat-teatru modern. Illum Edward Albee jgħid li "if we get angry enough..." it-teatru nistgħu nsalvawh. Hawn Malta r-rabja tat-teatru tidher li hija biss emozzjoni effimera li tittella’ fil-wiċċ bħal f’xi reċta fuq palk... parti mill-finzjoni. Għalhekk il-polemika tar-rebbiegħa u s-sajf tas-sena 2002 tibqa’ biss aberrazzjoni. Għalhekk il-ftit, l-uħud li semmew leħinhom f’ġieħ il-Palk Malti, tgħoddhom fuq is-swaba ta’ id waħda. Meta jgħaddu għaxar snin oħra, meta Malta Ewropea tħares lejn il-palk tagħha, meta l-protagonisti tat-teatri tagħna jkunu warrbu mix-xena, tgħid ikun għad hemm min jazzarda jistaqsi "Għaliex m’għandux jeżisti l-Palk Malti"? Ottubru 2002 maltese theatre maltese theatre maltese theatre theatre in malta teatru malti
|
||||
|
|
||||
|
ARKIVJU DRAMMI BIKRIN DRAMMI REĊENTI PUBBLIKAZZJONIJIET NOTI BIJOGRAFIĊI |
||||
| Oreste Calleja |
|
|||