|
|
IL-BELLIEGHA
FIL-BIRL-BELLIEGHA FIL-BIR |
IL-ĠRAJJA
Iż-żmien u l-post:
Malta fil-bidu tad-disgħinijiet, fuq mewġa ta' prosperità u rankatura
konsumistika.
L-ambjent:
dak li dejjem imur minn taħt.
In-nies:
ŻEWGT AĦWA abbandunati minn ommhom u missierhom, weħedhom ġod-dar li
wirtu b'saħta - jippruvaw isibu rkaptu ta' x'kien li għadhom marbutin ma'
art missierijjiethom fejn għexu ħajjithom taħt il-ħars tal- mostri mistura
imma xejn anqas qerrieda - il-biża u l-ħtija.
u żewġ barranin:
IT-TFAJLA li qatgħet jiesha minn wieħed u tat lilha
nfisha lil ħuħ u lil kul min jiġi, inkluż l-ALLA ZGĦIR u iswed
jobżoq il-liri tal-affariżmu rgħib.
IX-XIĦ: il-pellikan li lest imut għal uliedu, ipatti għall-imgħoddi.
U
L-OMM li ma tidhirx imma dejjem hemm.

SILTA
(mit-2 Att, it- 2 Xena)
RIENI: Għalhekk telqet mela?
ALISTAIR: (jikkwota) Meta fl-istess darek issib ruħek ittraduta, ittraduta
minn min tant ħabbejt… Ma setgħetx tkeċċih imma, id-dar kienet f’ismu wkoll.
Imma x’tagħmel meta ma tistax tafda ’l min qed jgħix miegħek taħt l-istess
saqaf tiegħek? X’tagħmel? Ma felħetx. Talanqas kienet konsistenti fuq hekk –
l-istess bħal ma keċċiet lil missieri, għoxrin sena ilu, riedet tkeċċi lil
Michael wkoll. U lili.
RIENI: Lilek?
ALISTAIR: Lili wkoll. Għedtllek,
is-sitt xhur li għamilt hawn kien interrogarju kontinwu, bla heda. U xorta
qatt ma fehmet, jew riedet tifhem. Allavojla kien hemm id-demm bejnietna,
jorbotna. Ma fehmitx. Avolja kien hemm id-demm… Imbagħad, nhar il-Ħamis,
sabet dawk il-vidjows. Għax ħallejthom hemm apposta, biex forsi xi darba
tifhem, darba għal dejjem min jien. Darba għal dejjem.
RIENI: Kien għalhekk mela li
telqet.
ALISTAIR: Għalhekk. Minħabba fih u fija. Minħabba missieri għoxrin sena ilu
– minħabba fina lkoll. Falliment wara l-ieħor. Falliment agħar minn ieħor.
|





L-ISKRIPT
IL=BELLIEGHA FIL-BIR |
|
 |
 |
|
"Jekk drajt tixrob
mill-ilma ta’ artek"
|
"Għax jasal żmien meta l-għejun li minnhom tixrob
f’art barranija jinxfu, wkoll jekk drajt tixrob mill-ilma ta’ artek;
ukoll jekk dik l-art m’għandhiex għajr ilma mdardar u mielaħ; ukoll jekk
ġej mill-istess bir li ombrajtu minn ċkunitek. Ukoll jekk drajt
it-togħma tal-barrani. Trid terġa’ dduq dak il-morr, terġa’ tittawwal
f’dak il-bir u tosserva f’dak il-fond iswed sfiq dik ix-xiħaġa ħajja
bilkemm titħarrek, titlajja hemm isfel – biex tħallik terġa’ tara kemm
kemm ir-rifless ta’ dak il-wiċċ hemm isfel …ir-raġuni tal-biża’ li
ġarrejt miegħek ħajtek kollha, tkun fejn tkun." |
IL-BELLIEGHA FIL-BIR
II Att - 2 xena
|
|
|
|
Tenet of the play:
Escape from one’s past, denying it or falsfying our legacy can only lead
to madness and disaster. |
Major roles:
4 males 1 female,
Minor roles: 2 male.
Sets: interior, 1. |
|
|
|
|
|
STORYLINE
Michael comes to his restored family farmhouse-cum
fashionable villa to find that his Mother and Pawlinu have left the home for good, leaving him and his
gay brother, Alistair alone in the house. Not having any income they are
soon “saved” by the return of their long departed father, the Old Man – who
has come back seeking vindication from his sons after having being thrown
out of the house for having once too often been involved in a disastrous
fireworks accident, a dangerous obsession that has always run in the
family. He takes over the role of both father and mother bent on one aim –
the restoration of the past as he believes it should have been. Violence,
greed, fear, hate and resentment are the full gammut of emotions that
animate the drama and the past comes heavily leaden with superstition,
guilt and above, all fear – as symbolised by the mythical "belliegha”, the
ogre used to coerce children into obedience through terror and which inhabits
the underground water reservoir on the family land. The boys have their
own secrets, the one they will not share with the father, and the one’s
they will not share with each other. What they do share is Rieni,
Michael’s girlfriend and Alistair’s first love before he discovered his
homosexuality. Although dissatisfied and alien to their family roots, she
has finally been able to come to the household and serves as a
catalyst for the coming to terms that is swift to unfold. In her past
there is PJ, a powerful entrepreneur who travels with his own bodyguards,
with a nose for business, tainted with the hint of shadiness that spells
success. He, rather than the father, is Michael's “little black god” who
will finally give him the freedom he seeks by striking a deal to sell all the
family property. But what happens if he cannot get his brother to agree and
sign the deal? Will the father allow the land he once owned, and which he
still claims, fall victim to the environment vultures? And can the absent
and never-seen all-powerful Mother be really discounted and forgotten that
easily?
|
|
|
|
|
|
PRODUZZJONI 1994
għall-PREMJU FRANCIS EBEJER ,
(l-ewwel konkors)
għall-Ministeru taż-Żagħżagħ u l-Kultura |

|
PRODUZZJONI
ta'
Carmel
Aquilina |

Stephanie
Farrugia
Rieni
|

Tonio
Chetcuti Caruana
Michael |
|

John Pace
Alistair |

Michael Tabone
Ix-Xiħ |

John Suda
PJ.
|
Ritratti :Mario.Mintoff
(Photocity)
|
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
IL-BELLIEGHA FIL-BIR |
DWAR L-ISKRIPTS tad-drammi: Nota
dwar l-użu. |
|