U l-Anġlu Ħabbar... |
|||
DRAMMI PUBBLIKAZZJONIJIET ARKIVJU NOTI BIJOGRAFIĊI | |||
Silta 2 att, 1 xena |
|||
Every act of rebellion expresses a
nostalgia for innocence
and an appeal
to the essence
|
IL-ĦADDIEM: ...Nudi, qatt pinġejt? KAREN: ...Kemm-il darba! IL-ĦADDIEM: Mela tapprezza. Jew forsi għax ma tridx tpinġi raġel? KAREN: M’għandux x’jaqsam! IL-ĦADDIEM: Ok mela. Nissettjalek jien, tajjeb?... KAREN: Tissettjali? IL-ĦADDIEM: Il-poża! KAREN: Ah! Anki dwar il-pożaturi tifhem issa? IL-ĦADDIEM: Xi ftit. It-tifel għandu ħafna kotba. Rajthom kemm-il darba... KAREN: M’għandix dubju! IL-ĦADDIEM: ...Naf kif għandek toqgħod tibżax... KAREN: Kotba ta’ l-anatomija dawn ikolli ngħid. IL-ĦADDIEM: Anatomija. U fotografija. Kont dilettant tal-fotografija meta kont żgħir... KAREN: Aħa! Mela allura tifhem xi ftit fl-arti. IL-ĦADDIEM: Xi ftit. Għala le? KAREN: U fid-disinn. IL-ĦADDIEM: Xi ftit. KAREN: Really? Veru? (turi lejn wieħed mill-bibien laterali tal-gallarija bil-PN miktub fuqu) Dak il-bieb mela, pereżempju . Xi tgħidli fuqu? IL-ĦADDIEM: Xi tridni ngħidlek? X’għandu x’jaqsam? KAREN: Biċċa xogħol ta’ l-arti dak, ma taqbilx? Fosi rajtu. Kien wieħed mill-bibien ta’ Villa Verdagna. Dik li waqqgħu s-sena l-oħra. Taf liema qed ngħidlek? IL-ĦADDIEM: Smajt xi ħaġa... KAREN: Kulħadd dejjem sema’ xi ħaġa kieku. Imma osservah ftit; ma jidhirlekx li fih valur artistiku, minbarra l-valur storiku? IL-ĦADDIEM: Fih mela ma fihx! KAREN: Taf fejn sibtu dak? Fuq ħajt ta’ remissa. Remissa mimlija ħnieżer! IL-ĦADDIEM: Eh iva? KAREN: Hekk hu. IL-ĦADDIEM: Eħe? U dik il-kitba hemm, dik hemm kienet ukoll? KAREN: Hemm. U fuq il-ħajt tar-remissa. Ħażżewha fuq kollox u kullimkien. IL-ĦADDIEM: U x’kien ħallejthom hemm dawk il-kliem allura? Dawk l-ittri? Tgħidlix li għax iżżomm magħhom! KAREN: Magħhom, magħna, ma’ l-oħrajn!... IL-ĦADDIEM: ...Naqta’ rasi li għax ma stajtx tneħħi ż-żebgħa! Għalhekk! Għax inkella kont tħassar... “il-kapolavur”! KAREN: Għalfejn kelli nneħħiha? It speaks for itself. IL-ĦADDIEM: Eh. (iħamħam, imma jekk ma fehemx ma jurix) X’kien ma pittirtx xi kapolavur fuqha wkoll allura? KAREN: Ħallejtha bħala conversation piece... Jew għax diġa fiha kapolavur intrinsiku, biex insejħulu hekk. Għax ma kellix għalfejn immissha. IL-ĦADDIEM idawwar ħarstu lejn il-bieb l-ieħor fuq ix-xellug. IL-ĦADDIEM: U dak allura? KAREN: Dak xiex? IL-ĦADDIEM iħares ftit ieħor imbagħad jersaq lejh deċiż. IL-ĦADDIEM: Ara qtajtx ħa. (iwarrab it-twavel li jgħattu l-bieb - jikxef il-kitba “PN” bil-blu) IL-ĦADDIEM (ifaqqa’ daoqa): Eh, balleċ? Bsart tajjeb? Bsart tajjeb jew ma bsartx! Eh? KAREN titbissem sodisfatta imbagħad tinfaqa’ tidħaq. IL-ĦADDIEM: Biex qed tidħaq? Fiha biex tidħaq? KAREN: Le, xejn! Ċajta privata. (tidħaq) IL-ĦADDIEM: X’ċajta? KAREN: Int ma tifhimhiex... Ejja ngħidu li hi sempliċi conversation piece u naqtgħuha hemm. Int ma tifhimx. IL-ĦADDIEM: Ipprova, forsi nifhem!... KAREN ixxengel rasha. IL-ĦADDIEM: ...Ma tafx kif! KAREN: Xi darba forsi tifhimha. Jew għid ’il ibnek ifhemhielek, ġenju bħal dak! IL-ĦADDIEM iħares bl-akbar reqqa, irid jifhem akkost ta’ kollox. Fl-aħħar imur u jmiss iż-żebgħa. IL-ĦADDIEM: Di’ friska. Di’ int għamiltha. KAREN: Prosit! Irbaħt nofs punt! IL-ĦADDIEM : F’ġieħ il-prularità, tgħidlix! Veru jew le? KAREN (xi ftit impressjonata li wasal s’hemm): PLUralità! IL-ĦADDIEM: X’għidt jien! KAREN: PRUlarità! Mhux pluralità! IL-ĦADDIEM: Jien x’għidt? Plural, (bl-Ingliż) singular. Plural! Plural-ità: X’għidt jien? Plu-ra-li-tà. KAREN: Mhux hekk għidtha. IL-ĦADDIEM: Mela x’għidt! KAREN: U kieku stess għandek żball. IL-ĦADDIEM: Xi żball? Prularità! KAREN (tbissima): Il-pluralita. M’hux dak il-punt imma... IL-ĦADDIEM: X’punt? Min qed isemmi punti? Min qed iżomm il-punti! KAREN: Il-punt hu l-predittibilita... IL-ĦADDIEM: ...Xi ħadd qed iżomm il-punti? KAREN: ...Ħa nara, taf tgħidha? Predittibilita! Pre-dit-tibilità! IL-ĦADDIEM: Predittidib... Predibibbilta! KAREN: Insomma, xi ħaġa hekk. Jew tista’ ssejħilha wkoll a political statement. Dwar il-predittibilità tal-ġens tagħna. IL-ĦADDIEM: Il-ġens issa? KAREN: Il-ġens Malti. Mhux il-gazzetta. IL-ĦADDIEM: X’gazzetta? X’int tħawwad? KAREN: Il-gazzetta. Tal-Knisja. IL-ĦADDIEM: Dieħla l-Knisja issa wkoll? KAREN: Jista’ jonqos! Imħatra ma’ tafx li hemm gazzetta jisimha “Il- Ġens”. IL-ĦADDIEM: Naf mela ma nafx! Meta kien l-aooar li xtratha ttifla? Jalla hux il-bieraħ... KAREN: Il-bieraħ kien it-Tlieta. IL-ĦADDIEM: Allura? U llum l-Erbgħa! KAREN: Il-bieraħ ma... IL-ĦADDIEM: ...u għada l-Ħamis! KAREN: Ma jistax ikun... IL-ĦADDIEM: ...U pitgħada l-Ġimgħa! KAREN: Appuntu! IL-ĦADDIEM: Appuntu! KAREN ixxengel rasha. Tqum u tmur tpoġġi t-twavel lura, did-darba quddiem il-bieb bl-MLP fuqu, tħalli dak bil-PN mikxuf. IL-ĦADDIEM: Għalfejn qed terġa’ taħbihom? KAREN: Għax hekk imorru. IL-ĦADDIEM: Jaqaw ġej xi ħadd? Ġej il-kappillan ibierek forsi! Ma tridux jaoħbek iżżomm mal-Labour jaqaw, Alla jilliberak? KAREN: Ipprova ifhem; dik “reaction painting. Tipprova tantiċipa r-reazzjoni prevedibbli ta’ min jaraha l-ewwel darba. Hemm min jagħmel dak li hu mistenni minnu: jaraha, jaraha l-ewwel waħda, u jaċċettaha kif inhi. U hemm min jinduna, anzi, jistenna li jkun hemm bieb ieħor in-naħa l-oħra. U jkun jaf x’hemm fuqu... IL-ĦADDIEM: Għaliex għandha jkollha żewġ bibien dar, ngħid jien? Eh, dik għidli. KAREN: Għas-simetrija forsi? Jew f’ġieħ il-pluralita? Jew għax hemm min ifittex bieb ieħor... IL-ĦADDIEM: ...Qatt rajthom jibnu dar b’żewġ bibien . Ħdejn xulxin? KAREN: ...Hemm min ifittex bieb ieħor u allura nħallih isib bieb ieħor. U meta jsibu, hemm min jaċċettah kif inhu . mingħajr ma tiġih il-kurżita jara x’hemm moħbi taħt it-twavel. ...U hemm min irid jaf aktar . min jissuspetta . u ma jiflaħx ma jmurx jara x’hemm miktub fuq il-bieb l-ieħor. Jew jekk hemmx xi ħaġa. Skond kemm hu akkanit... IL-ĦADDIEM (pawsa qasira, forsi qed jipprova jifhem, josserva ż-żewġ bibien): U kieku stess poġġejthom bil-maqlub. KAREN: Bil-maqlub? Il-bibien? X’jiġifieri? IL-ĦADDIEM: Dak ried ikun hemm, u l-ieħor hawn. KAREN: U għaliex? Le, ħa naqta’ jien! (tħares) Minħabba ċċappetti?... IL-ĦADDIEM: U x’ċappetti! Dak, l-MLP fuq ix-xellug, il-PN fuq il-lemin: partit tax-xellug . partit tal-lemin! Eh! KAREN: Prosit! (iċċapċap bil-mod) Prosit. Qed nara li nitfa xjenza politika rnexxielek titgħallimha mill- Brigata. Ċerti punti talanqas taf tammettihom kif inhuma. Għad hemm xellug u lemin għalik! IL-ĦADDIEM (kburi bih innifsu): Għaliex le? B’daqshekk? Jien ma nistħix ngħid x’jien jien! KAREN: Hemm min la jixtieq ikun irid jammetti li hu lemini u lanqas xellugi... IL-ĦADDIEM: Jew wieħed jew l-ieħor . trid tkun. Tiġix tgħidli.jew xi opportunist! KAREN: Prikonċezzjoni komuni, Infatti qed terġa’ tiddiżappuntani. Nirtira ċ-ċapċipa. IL-ĦADDIEM: X’il-qaħbeċ! X’għidt issa? Jew wieħed jew l-ieħor!... KAREN: Mhux bilfors. IL-ĦADDIEM: ...Jew opportunist! Uwwejja! Tiġix tgħidli! Ma noqogħdux ngħattu x-xemx bl-għarbiel! KAREN (daret tosserva l-bibien): Le. Definitely! Jibqgħu fejn huma. Dimensjoni oħra. Xejn xejn nara kemm ikun hemm min jinduna; min bħalek ma jarax olief sal-ponta ta’ mnieħru. Taqbad il-pittura lesta minn fuq il-kavalett u tmur titfagħha fuq il-bank. IL-ĦADDIEM reġa’ qabad il-banketta f’idu u qed jistennieha. IL-ĦADDIEM: Fejn tridni allura . Quddiem il-PN jew l-MLP? KAREN (tipposponi d-deċiżjoni): Kieku int fejn tippreferi? Fejn tħossok komdu ...politikament? L-ISKRIPT tad-dramm Nota dwar l-użu LURA: U L-ANĠLU ĦABBAR.. |
|
|