NOTI BIJOGRAFIĊI                       DRAMMI  BIKRIN                  DRAMMI   REĊENTI                  PUBBLIKAZZJONIJIET                    ARKIVJU                       PALK MALTI  KONTEMPORANJU
 

                                             

L-ARKIVJU      
















































INIDIĊI


Θ 
MANIFEST '72
 
Θ
THE NEED OF
    CONTEMPORARY
    THEATRE 


Θ   ANSEJTÀ U ANESTESIJA

Θ   LIVING  OFF-OFF MANOEL

Θ   F'DAN IL-BAĦĦ

Θ  THEATRICAL COLONIAL
     TIME WARPS


Θ  DEAD PLAYWRIGHTS
     REVISITED


Θ  WHITEWASHING
    THE MANOEL


Θ  GĦAX HEMM PALK MALTI

Θ  THE CULTURAL CRINGE

Θ  KWISTJONI TA'
    MASTURBAZZJONI


Θ  FLYINGTHE FLAG

Θ  GĦAŻLA ĠENETIKA

Θ  DWAR  IL-PALK MALTI 
     LLUM

 

 


 

Għax hemm palk malti...
u hemm Palk Malti

Sur Editur,  
                     
L-ittra ta’ C. Mercieca (28.07.02) dwar id-dramm rebbieħ tal-Konkors Francis Ebejer li ttella’ reċentement f’Ta’ Qali taħt l-awspiċju tad-Dipartiment tal-Kultura qajmet bosta punti, l-aktar b’mod indirett u bis-sottintiż. Dan per
ò ma’ ħalla ebda dubju li  hu ma apprezza assoluatment xejn
minn dak li mar jara.  Bħala spettatur għandu kull dritt jistqarr id-diżappunt tiegħu.

Min-naħa l-oħra, jien bhala awtur dejjem ħassejt li mhux posti li nikteb jew nitkellem biex infaħħar jew inmaqdar kittieba oħra bħali – nippreferi nħalli dan id-dmir lil min hu xogħlu jwassal lill-udjenza Maltija l-kritika u l-apprezzament fuqna l-kittieba.  Però, f’dan il-każ, billi bħalissa għaddejja diskussjoni taħraq dwar x’inhu tabilħaqq jiġri fil-qasam teatrali lokali, jidhirli li ta’ min nagħmel eċċezzjoni. L-aktar meta nara li ħafna drabi ssib  min jippreferi jżomm ħalqu magħluq għal raġunijiet li fil-fehma tiegħi m’għandhom x’jaqsmu xejn ma’ prinċipji ta’ etika artistika.

Anthony Portelli meritatament rebaħ il-konkors Francis Ebejer u bħala parti mill-premju d-dramm tiegħu kellu jiġi mtella’ u mwassal lill-pubbliku Malti biex jintwera l-aqwa xogħol li daħal għall-konkors.  Fl-opinjoni tiegħi is-sur Portelli, li dan l-aħħar snin beda jisssema’ b’ġieħ fil-qasam tal-kitba drammatika, kellu l-ewwelnett jingħatalu l-aqwa unur li ħaqqu billi xogħlu jidher fil-Manoel – il-Palk Nazzjonali tagħna. Li ma sarx hekk huwa għajb.  Il-kritika, speċjalment dik li tmur ’il hinn
minn sempliċi kritika jew estetika, m’għandha taqta’ qalb lill-ebda awtur. Anzi. Jekk ix-xogħol li awtur iwassal lill-pubbliku jkun xogħol li l-awtur jaf li huwa ġenwin, li hu jħoss li hu dak li hu xieraq u kapaċi jwassal lill-udjenza tiegħu, mela dak hu xogħol leġittimu. Iż-żmien biss jagħti parir bosta drabi għal xogħol avangarditisku.  Il-perspettiva taż-żmien taf tgħidlek jekk dik il-viżżjoni artistika tal-kittieb kienetx tajba jew le.  Xiħadd qalli li dan mhux xogħol li ta’ min jipprubblikah. Jien ngħid il-kontra. Irid – jeħtieġ li jiġi ppubblikat – u aktar ma jkun kontroversjali, aktar għandu jiġi ppubblikat. Nerga’ ngħid, iż-żmien jaf jippremja aktar minn kwalunwkwe konkors. L-għadu tas-sbuħija huwa ż-żmien, jgħidilna Yeats. Jista’ jkun, imma għal kittieb nippreferi l-qawl Malti dwar x’jaf jagħti wkoll iż-żmien… Nawgura lis-Sur Anthony Portelli li jkompli jikteb (m’għandix dubju) u jżomm din il-kritika bħala xprun biex ikollu aktar suċċessi.

Il-parir li nista’ nagħti jien lil min jidhirlu li l-aħħar riżulat tal-konkors m’għoġbux huwa li pjuttost jistaqsi jekk kienx hemm xi xogħol ieħor li ħaqqu rebaħ u mhux dan ix-xogħol li tela’ reċentement. Jew jekk kienx hemm xi kittieb ta’ drammi li sata’ daħal għal konkors u ma daħalx. Imbagħad nistaqsu wkoll għaliex ġara hekk.  Inutli nitkellmu privatament u nistqarru n-nuqqas ta’ sodisfazjon tagħna minn taħt il-taħt, inutli nitkellmu dwar perversità ta’ riżultati ta’ konkorsi jekk dad-diskors ma jsirx fil-pubbliku.  Personalment jien ili li ddeċidejt li l-konkors huwa logħba ta’ l-azzard - agħar minn hekk, huwa logħba ta’ l-azzard fejn kif jgħidu l-Amerikani, “the dice are loaded!”. F’din l-aħħar edizzjoni tal-konkors, bħal f’bosta oħrajn,  jien ma dehrlix li stajt nipparteċipa u jkolli l-konvinzjoni li xogħli jista’ jsir ġudizzju xieraq minnu.

Apparti t-togħma morra li ħallietli meta rbaħtu l-ewwel darba li sar, li għandi kontra dan il-konkors hija n-nuqqas ta’ trasparenza – kemm meta tirbaħ… aħseb u ara meta titlef! Fil-qosor. nara nuqqas ta’ trasparenza kemm fl-għażla ta’ l-ġurija (li m’hix iħallsa milli nista’ nifhem!) kemm bil-mod li l-awturi, taħt nom-de-plum  (suppost) jibqgħu anonimi… u mbagħad, aktar u  aktar nuqqas ta’ trasparenza kif jiġu ġġudikati d-drammi.  X’rapporti jsiru mill-ġurija fuq kull dramm, u  min jarahom
?  Kif jista’ awtur ikun jaf min ivvota kontra xogħlu u għaliex?  Wara li jitħabbru r-riżultati u nqassmu ċekk ‘l hawn u ċekk ‘l hemm… x’jiġri mid-drammi?  Jiġri li xi sena, sena w’nofs wara jittella’ d-dramm rebbieħ (b’ħafna kontroversji) waqt li t-tieni u tielet u l-oħrajn kollha jistgħu qatt ma eżistew.

Li għandi kontra dan il-konkors, fuq kollox, hu li l-iskop tiegħu suppost hu li jiskopri kemm xogħlijiet u kemm kittieba ġodda.  Dwar kittieba ġodda, żgħażagħ ma tarax wieħed b’nemes. Il-kittieba li ssemmew f’dawn l-aħħar għaxar snin f’dan il-konkors kienu kollha… jew diġ
à ta’ ċerta età avvanzat (bħali),  jew li ilhom “stabbiliti”, (hemm min ifesfes skaduti.)  Jista’ jkun li dawn il-kittieba zgħażagħ kienu fost dawk li ma ssemmewx meta jitħabbru r-riżultati?

Wieħed għandu jifhem kif nifhem jien li ix-xogħol ta’ konkors bħal dan għandu JIBDA, mhux jispiċċa, wara li jitħabbru r-riżultati. Ma jistax ikun li nibqgħu bil-mentalità li nistennew joħorġu l-kapolavuri, wieħed wara l-ieħor, qishom pastizzi! Kull ma jagħtik kittieb bosta’ drabi, speċjalment jekk qed taħdem taħt il-madmad ta’ “deadline” ta’ konkors, ikun xogħol li joffri potenzjal għal żvilupp biex eventwalemnt jiġi mirqum u żviluppat biex jidher quddiem udjenza nazzjonali.  Dan ix-xogħol ta’ kritika, xogħol ta’ drammaturġija (li hawn Malta ftit naħseb li nifhmu eżatt x’inhu!), xogħol ta’ pre production and play development workshops, dan ix-xogħol jibqa’ ma jsirx.  Ix-xtieli torja torja li jwelled konkors bħal dan jintremew u jinqerdu.. wara li nabortjawhom!

F’ċirkostanzi bħal dawn ma nistagħġbux lix-xogħol rebbieħ ta’ Anthony Portelli jiġi ttrattat kif jiġi ttrattat.  Li għandna nistaqsu hu kemm se ndumu naċċettaw din il-qagħda?

It-teatru b’lingwa barranija, speċjalment bl-Ingliż kull ma jmur qiegħed dejjem aktar jirfina, aktar jgħolli l-livell ta’ produzzjoni u ta’ reċtar. Aktar jinstabu drammi relevanti. Li hija ħaga ferm u ferm tajba. Jalla min jippreferi jaħdem f’dan il-qasam tat-teatru jkompli sejjer dejjem għall-aħjar fil-qasam li għandu kull dritt jagħżel li jaħdem fih. Forsi mbagħad meta naraw x’kapaċi jagħmel Malti b’lingwa barranija forsi mbagħad nistaqsu...imma allura l-Malti x’inhu – iswed

Forsi l-affarijiet jinbidlu kieku jkun hemm min juri r-rabja tiegħu, juri li tassew ma jistax jistaporti dan kollu aktar. Forsi jinbidlu għall-aħjar. Forsi mbagħad xidarba nistgħu ngħidu li għandna Palk Malti, vibranti, ħaj. Mhux palk malti  ta’ l-okkażjoni, kull sentejn, bit-tqanciċ u l-kontroversji kajmani. Dejjem jekk hemm min lest jiftaħ ħalqu, atturi, kittieba u producers tat-teatru... Malti.  Niftakru però – qed nitkellmu fuq il-teatru... Malti. Mhux it-teatru tal-vanaglorja, it-teatru turistiku, it-teatru tal-part-time job, it-teatru opportunistiku. Għal dak it-teatru d-diskors ilu magħluq. Minn kellu jikkapparra sehmu, ilu li kkapparah.

Lulju, 2002

Ittra li dehret f'IL-MUMENT fAwissu 2002.


  NOTI BIJOGRAFIĊI                           DRAMMI  BIKRIN                     DRAMMI   REĊENTI                     PUBBLIKAZZJONIJIET                       ARKIVJU                          PALK MALTI  KONTEMPORANJU